Evidenti l-iskumdita tas-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzoppardi meta mistoqsi minn Net News jekk jappoġġjax lill-Ministru Edward Zammit Lewis…. wara li sar magħruf li bagħat lil Yorgen Fenech ċertu messaġġi meta kien diġà magħruf li hu s-sid ta’ 17 Black. Messaġġi li kienu jinkludu stqarrijiet bħal “I Miss You”, u li dawk li vvutawlu kienu “ġaħan”.
Mistoqsi jekk hux komdu b’Edward Zammit Lewis wara dan kollu, Stefan Zrinzo Azzoppardi baqa’ jwieġeb bl-istess rettorika politika.
Anke meta mistoqsi għalfejn Robert Abela għadu qed jiddefendi lill-Ministru Zammit Lewis u għadu ma’ keċċihx… Stefan Zrinzo Azzoppardi għażel li jahrab milli jwiegeb.
Aktar kmieni din il-Ġimgħa, anke l-Ministru Ian Borg baqa’ jiddefendi u joħroġ għonqu għall-istess Ministru kif ukoll għall-Prim Ministru li baqa’ ma’ ħa ebda azzjoni dwar dan il-każ; anzi skont il-Ministru Edward Zammit Lewis dan qed itih appoġġ kbir
Jum wara l-ieħor, aktar rapporti qed jikkonfermaw kif fl-2019….dak li issa huwa Ministru tal-Ġustizzja u l-Governanza fil-kabinett ta’ Robert Abela kien bagħat sensiela ta’ messaġġi insistenti lil Fenech, fosthom jgħidlu li huwa dejjem jinsab f’qalbu. B’Abela jibqa’ għażel li jinjora għal kollox din it-tema tant importanti.
//= $special ?>