Internazzjonali

Biża ta’ ħafna fatalitajiet wara terremot ta’ 7.2 f’Haiti

Hemm il-biża li n-numru ta’ fatalitajiet se jkun kbir wara li ftit tas-sigħat ilu, terremot ta’ 7.2 fuq l-iskala Richter laqgħat lil Haiti. It-terremot laqgħat lil din il-parti tal-gżira Hispaniola fit-8.29am ħin lokali u l-epiċentru kien madwar 10 kilometri taħt l-art.

Rapporti inizzjali qed jgħidu li l-ħsarat huma mifruxa fuq żona konsiderevoli tal-gżira.

It-theddida ta’ tsunami wara t-theżżiża issa jidher li għaddiet u t-twissijiet m’għadhomx fis-seħħ.

Fit-12 ta’ Jannar tal-2010, terremot ta’ skala 7 kien laqat din il-parti tal-gżira. Dakinhar in-numru ta’ fatalitjiet kien ta; bejn 220,000 u 300,000, b’eluf oħra jindarbu kawża tat-theżżiża kbira.

Bħalissa Haiti tinsab ukoll mhedda mit-tempesta tropikali Grace li mistennija tolqot din il-parti tal karibew bejn it-Tnejn u t-Tlieta.