Il-Pulizija qed tinvestiga inċident mhux tas-soltu li seħħ ilbieraħ waranofsinhar fuq il-Moll tal-Imġarr Għawdex bejn impjegat tal-Gozo Channel u raġel li kien tiela’ bil-karozza fuq il-vapur MV Gaudos.
Filmat tal-każ li qed jiċċirkola fuq il-mezzi soċjali juri lill-impjegat jipprova jwaqqaf lir-raġel milli jibqa’ tiela’ abbord il-vapur. Madankollu, ir-raġel ma obdiex id-direttivi li ngħatawlu, bl-impjegat baqa’ jiġri wara l-karozza u jinsisti li l-karozza ma setgħetx titla’.
Fil-filmat, l-impjegat tal-Gozo Channel jidher imiss il-karozza, b’dan l-aġir jiffastidja lix-xufier li, min-naħa tiegħu, niżel mill-karozza u aggredixxa lill-impjegat. Iż-żewġ irġiel damu jissaraw għal numru ta’ sekondi, bix-xufier tal-karozza jispiċċa jimbotta lill-impjegat.
Kien intervent ta’ ħaddiema oħrajn tal-Gozo Channel u xi persuni oħrajn li kienu fil-post li waqqfu l-argument, b’NET News jinsab infurmat li ż-żewġ persuni kienu identifikati u l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>