Rapport: Stewart Said
Kollox jindika li l-konfront ta’ ġimgħa oħra bejn Neptunes u San Ġiljan Mercury Towers se jkun deċiżiv għal min jirbaħ il-kampjonat. Iż-żewġ timijiet komplew jirbħu kif mistenni u b’hekk b’żewġ logħbiet għat-tmiem, il-konfront bejniethom li ntrebaħ minn Neptunes, għadu jifridhom.
Neptunes għelbu lil Birżebbuġa Freeport 17-5, bil-captain Stevie Camilleri jispikka b’ħames gowls. Birżebbuġa fl-assenza tal-veteran David Cutajar kienu fetħu l-iskor permezz ta’ Simon Vassallo. Dan sakemm Stevie Camilleri dawwar ir-riżultat b’żewġ penalties, u Jordan Camilleri u Jeremy Abela minn żewġ man-ups, għenu lil Neptunes jiftħu vantaġġ ta’ 4-1. Il-vantaġġ kompla jimmatura tul il-kors tal-logħba, b’Gabriel Pace wkoll minn man-up u Jeremy Abela jwessgħu d-distakk għal ħames gowls.
Fit-tielet sessjoni, it-tim ta’ Jovan Popovic kompla jkun effettiv f’azzjonijiet ta’ superjorità numerika, b’vantaġġ ta’ 9-1 sa nofs is-sessjoni. Birżebbuġa naqqsu d-distakk għal seba’ gowls f’żewġ okkażjonijiet, iżda Neptunes bdew l-aħħar sessjoni 11-3 b’żewġ gowls oħra tal-captain Camilleri. Fl-aħħar perjodu, Neptunes komplew juru s-superjorità tagħhom b’sitt gowls jaslu minn ħames plejers differenti.
San Ġiljan Mercury Towers ukoll ftit tħabtu biex kisbu t-tliet punti. Kien biss fl-ewwel sessjoni li Marsaskala wieġbu darbtejn għall-gowls ta’ San Ġiljan. It-tim ta’ Dorian Pisani kiseb vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel sessjoni u kabbar il-vantaġġ għal 7-2 sa żewġ minuti u nofs minn tmiem it-tieni sessjoni. Huma għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni bi tliet gowls mingħajr risposta skorjati minn Andreas Galea, Keith Galea u Dino Zammit. Fl-aħħar sessjoni, San Ġiljan komplew jikkontrollaw mingħajr diffikultà.
Mill-Ewwel Diviżjoni, Sirens Mecca Marin iddominaw u rebħu 22-2 kontra t-tim tal-qiegħ Otters Nivea. Logħba bla storja li fiha Sirens kienu diġà kisbu vantaġġ ta’ sitt gowls fl-ewwel sessjoni, b’Jerome Zerafa Gregory jiskorja l-ewwel erba’ gowls tal-logħba.
Huma skorjaw sitt gowls mingħajr risposta b’gowls minn sitt plejers differenti fit-tieni sessjoni għal vantaġġ ta’ 13-1. Sirens ikkontrollaw fit-tielet sessjoni, bil-logħba titwal hekk kif fiżikament, saret diffiċli għal uħud mill-plejers. Huma għalqu l-logħba b’seba’ gowls oħra mingħajr risposta.
NEPTUNES…………………………… 17
BIRŻEBBUĠA FREEPORT………. 5
(4-1), (2-0), (5-2), (6-2)
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (1), M. Farrugia, G. Pace (2), M. Castillo, J. Spiteri Staines (1), S. Camilleri (5), J. Camilleri (2), J. Abela (3), M. Spiteri Staines, A. Fenech, S. Gialanze (2), A. Bugeja, J. Cachia, R. Galea (1)
Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (1), N. Cassar, D. Pace Lupi, D. Incorvaja, P. Serracino, S. Vassallo (1), M. Curmi, M. Bonnici (1), M. Borg, M. Cassar, S. Fava (1), L. Abela, B. Grech, G. Sammut
Referees: Stefan Licari, Massimiliano Sponza
SAN ĠILJAN MERCURY……….. 15
M’SKALA FISH AND FISH…….. 6
(4-2), (3-1), (3-0), (5-3)
San Ġiljan: R. Coleiro, D. Zahra, A. Galea, D. Fero, R. Caruana, M. Zammit, B. Plumpton, J. Bonavia, D. Ciantar, Da. Zammit, K. Galea, Di. Zammit, G. Vassallo, M. Ortoleva, D. Tully
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera, G. Sammut, D. Camilleri, G. Galea, M. Manara, S. Micallef, L. Felice, J. Ciantar, M. Carani, A. Muscat, N. Gatt, A. Grima Scott
Referees: Alex de Raffaele, Fabio Brasiliano
SIRENS MECCA MARIN………… 22
OTTERS NIVEA………………………. 2
(7-1), (6-0), (2-1), (7-0)
Sirens: G. Galea Curmi, M. Grech (1), K. Erdogan (1), J. Sciberras (3), J. Zerafa Gregory (5), G. Farrugia (3), M. Sciberras (1), I. Riolo (3), J. Napier (2), L. Falzon, L. Caruana (2), M. Azzopardi (1), O. Gauci, T. Said, M. Chircop
Otters: M. Xerri, M. Lanzon, M. Farrugia, L. Hyzler, E. Meli, L. Gialanze (1), K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, C. Zammit, Z. Bartolo, O. Zammit (1), D. Spiteri, Z. Camilleri
Referees: Ronnie Spiteri, Massimiliano Sponza
Knock-Out Kampjonat Premier
Kwarti tal-finali
L-Erbgħa 25 ta’ Awwissu
Birżebbuġa v Sliema
Valletta v Neptunes
Knock-Out 1 Diviżjoni
Kwarti tal-finali
L-Erbgħa 25 ta’ Awwissu
Marsaxlokk v Exiles
//= $special ?>