Lokali Qorti

Isofri xi ġrieħi wara li sawtuh, kaxkruh triq sħiħa u remewh fil-baħar

Żagħżugħ ta’ 27 sena rrakkonta fil-Qorti kif, fit-18 ta’ Lulju li għadda, allegatament kien avviċinat minn żagħżugħ ieħor, tah xi daqqiet, ġie mkaxkar tul it-triq u ntefa’ fil-baħar fl-Imġarr Għawdex, b’kaġun li kkaġunalu xi feriti.

Dan kollu jidher li seħħ wara li ż-żagħżugħ mis-Somalja kien jinsab fi stabbilment u l-bouncer keċċih ‘il barra. Persuna li ġibdet filmat xehdet fil-Qorti li ra l-argument bejn il-vittma u l-bouncer, kif ukoll grupp ta’ rġiel isawtu lill-vittma.

Il-Prosekuzzjoni dwar dan il-każ mistennija titkompla tinstema’ fil-ġimgħat li ġejjin.