Lokali Qorti

Jaħrab mill-kustodja tal-Pulizija biex ma jmurx lura fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni

Raġel ingħata sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija waqt li kien qed jingħata l-kura fil-poliklinika ta’ Raħal Ġdid għal feriti li ġarrab waqt argument.

Ir-raġel, Eġizzjan ta’ 23 sena, ammetta l-akkużi kontrih u qal li ħarab għax ma riedx imur lura fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi. Dan fid-dawl li kien tpoġġa f’iżolament għal erbat ijiem għax ilmenta fuq l-ikel.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras talbet biex ir-raġel jintbagħad f’Ċentru ta’ Detenzjoni differenti.