Lokali Qorti

Jammetti li seraq basket minn fuq bajja waqt li s-sid kien qed jgħum

Raġel ta’ 55 sena ammetta fil-Qorti li seraq basket b’numru ta’ oġġetti minn fuq bajja f’Tas-Sliema, bil-valur tal-oġġetti jammonta għal aktar minn €1,300. Is-serqa saret waqt li sid il-basket kien qed jgħum.

Kien il-mobile li kien fil-basket li wassal biex il-Pulizija setgħet issib lir-raġel u tarrestah. Jidher li fil-waqt tal-arrest, ir-raġel ikkopera mal-Pulizija.

Fil-Qorti ntqal li hu kien għadu kemm temm programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, iżda rriżulta li riċentament ir-raġel abbuża mid-droga.

Wara li semgħet il-każ, l-Qorti ddeċidiet li r-raġel jingħata sentenza ħabs sospiża għal sentejn filwaqt li tpoġġa taħt superviżjoni minħabba li jagħmel użu mid-droga.