Basketball Sport

Malta titlef kontra Andorra u titlef l-ewwel post

(Ritratt: FIBA)

Wara li reba] l-ewwel żewġ partita mill-Kampjonati Ewropeja tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar, it-tim nazzjonali Malti tilef 93-74 kontra Andorra fil-partita tas-Sibt. Minkejja li t-tim Malti kien tajjeb f’numru ta’ okkażjonijiet, bil-players Kurt Cassar u Tevin Falzon jiskurjaw 23 punt kull wieħed, kienu Andorra li ħadu l-okkażjonijiet li kellhom bil-players, Bruno Bartolome u Sergi Serrat Balletbo jkun fost il-protagonisti.

It-tim Malti issa jilgħab l-aħħar partita tiegħu l-Ħadd kontra l-Irlanda, partita li tista’ tiddeċiedi minn se jirbaħ dan it-tournament, bit-tim Malti huwa ċ-champion renjanti ta’ dan it-tournament.

Malta: J. Zammit 7, D. Bugeja 5, A. Felice Pace 3, P. Shoults, M. Scerri, N. Xuereb 1, T. Falzon 23, I. Felice Pace, A. Falzon 9, K. Xuereb 3, K. Cassar 23, P. Engelbert

Andorra: D. Baez 9, X. Isern 4, M. Puig, S. Balletbo 15, G. Colom 13, J. Vilarrubla 13, B. Bartolome 16, J. De La Rosa, A. Serra 6, A. Bartolome 9, A. Pons, A. Guzman 8.