Raġel ta’ 27 sena li jgħix Ħaż Żabbar kellu jiġi rikoverat f’Ċentru tas-Saħħa wara li kmieni dalgħodu kien involut f’argument ma’ raġel ieħor.
L-argument seħħ għall-ħabta tan-00.30am f’Misraħ is-Sliem, Ħaż-Żabbar, bil-Pulizija tintalab tassisti fil-każ.
Iż-Żabbari jidher li sofra ġrieħi gravi mid-daqqa ta’ flixkun li xejjirlu raġel ieħor ta’ 26 sena mill-Marsa. Dan tal-aħħar ġie arrestat mill-Pulizija ftit wara li seħħ l-argument u fl-istess lokalità.
Hu qed jinżamm fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li għadhom għaddejjin aktar investigazzjonijiet dwar il-każ.
//= $special ?>