Sport Sport Ieħor

Brad Binder jirbaħ il-Grand Prix fl-Awstrija

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull KTM Brad Binder rebaħ il-Grand Prix fl-Awstrija wara tellieqa li offriet spettaklu lil dawk preżenti u lid-dilettanti kollha tal-MotoGp. Binder daħal qabel Francesco Bagnaia, hekk kif baqa’ bl-istess tyres minkejja li fl-aħħar tliet dawriet it-tellieqa kienet ikkaraterizzata minn xita qalila.

Fit-tielet post temm is-sewwieq ta’ Pramac Racing Jorge Martin li kien għadu ġej mir-rebħa tal-Grand Prix fi Styria. Fir-raba’ u fil-ħames post temmew Joan Mir u Luca Marini rispettivament, segwiti minn Iker Lecuona u Fabio Quartararo fis-sitt u s-seba’ post. Fit-tmien post temm Valentino Rossi segwit mill-Ispanjoli Alex Marquez u Aleix Espargaro fid-disa’ u l-għaxar post rispettivament.