Fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 51 każ ġdid pożittiv għall-COVID-19. Tnaqqis sostanzjali hekk kif f’dawn l-aħħar jumejn tħabbru ċifri viċin il-100 għall kull ġurnata.
Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat fiequ total ta’ 100 persuna, biex b’hekk il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex jinżlu għal 647. B’xorti tajba, ma kienet rapurtata ebda fatalit..
Bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm 38 pazjent rikoverati minħabba l-virus b’5 minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.
U filwaqt li Malta laħqet livell ta’ herd immunity ta’ kważi 90%, ħafna pajjiżi għadhom ‘il bogħod milli jilħquha… u għalhekk jidher li d-dinja qatt ma jista’ jirnexxielha tilħaq l-immunità tal-massa.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li b’riżultat ta’ dan, il-Covid jista’ jinbidel minn pandemija għal xi ħaġa endemika, li jfisser li jibqa’ magħna għal dejjem. B’hekk il-Covid-19 hija xi ħaġa li jista’ jkollna nitgħallmu ngħixu biha, bħall-mard ieħor, bit-tixrid tagħha jkun kkontrollat bit-teħid ta’ boosters.
//= $special ?>