Lokali

Drenaġġ ħiereġ fi Triq Santa Monika fi Gwardamanġa

Għal dawn l-aħħar jiem diversi nies tkellmu ma’ Net News minħabba problema ta’ drenaġġ li hemm fi Triq Santa Monika fi Gwardamanġa.

Ir-residenti saħqu li minkejja li ilhom jirraportaw dan kollu hekk kif l-irwejjaħ ilhom jaħkmu ż-żona għal numru ta’ jiem kif ukoll qed jinġemgħu għadd ta’ insetti u ġrieden.

Residenti qalulna li l-awtoritajiet mhux qed jieħdu l-ebda azzjoni għal din il-problema filwaqt li s-Sindku tal-lokalità saħaq li “aħna m’għandniex x’naqsmu”.