Raġel ta’ 33 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ħruq f’inċident li seħħ waqt li kien qed jaħdem fi kċina ta’ stabbiliment tal-ikel li jinsab fi Triq Giorgio Borg Olivier, ir-Rabat, Għawdex għall-ħabta tal-11am. Fl-inċident, raġel ieħor ta’ 32 sena sofra minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku li minnufih taw l-ewwel għajnuna fuq il-post. Iktar tard, huma ttieħdu b’urġenza lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġew iċċertifikati li sofrew minn feriti.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu ukoll fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgitte Sultana li ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>