Floriana ikkundannaw il-kummenti razzjali li għaddew xi partitarji fil-partita kontra Santa Lucia, fil-konfront tal-goalkeeper Julani Archibald, waqt il-partita mill-Kampjonat BOV Premier fit-Tony Bezzina Stadium.
Floriana saħqu li m’huma se jkunu qed joffru l-ebda protezzjoni lill-persuni li allegatament għaddew dawn il-kummenti, hekk kif ir-razziżmu jmur kontra l-valuri tal-club. Intant, il-club flimkien mal-coaches u l-plejers se jkompli jaħdem kontra d-diskriminazzjoni razzjali fil-futbol Malti, filwaqt li sejħu li jittieħdu passi mill-awtoritajiet kontra l-persuni ikkonċernati.
//= $special ?>