Internazzjonali

Haiti: Stat ta’ emerġenza wara l-aħħar terremot kbir

 

Il-Prim Ministru ta’ Haiti, Ariel Henry, qed jagħti kull priorità lill-isforzi biex jinstabu kemm jistgħu min-nies irrappurtati nieqsa wara li pajjiżu, nhar is-Sibt, intlaqat minn terremot qawwi li ħalla mat-304 mejtin u aktar minn 1,800 midruba.

It-terremot, li rreġistra 7.2 fuq l-Iskala Richter, straxxna l-ibnadi lejn il-Punent ta’ Haiti bir-riżultat li numru ta’ bini – fosthom knejjes u lukandi – krollaw inkella ġarrbu l-ħsarat kbar.

Dan meta Haiti għadu qed jirkupra mit-terremot kbir u devastanti tal-2010, bil-Prim Ministru Henry, issa, jiddikjara stat ta’ emerġenza li se jkun effettiv għal xahar. Hu qed jgħid li l-aktar ħaġa importanti hi li l-iskwadri għall-emerġenza jirkupraw il-massimu ta’ nies ħajjin minn taħġt it-tifrik tal-bini.

L-epiċentru tat-terremot, intant, kien determinat f’inħawi ftit ‘il bogħod mill-belt ta’ Saint-Louis du Sud,