Għal darb’oħra il-Festa tant mistennija fil-kalendarju Malti, dik ta’ Santa Marija reġgħet ġiet iċċelebrata b’mod differenti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Wieħed jassoċċja il-15 ta’ Awwissu ma’ ġurnata fejn ħafna nies jinżlu fil-pjazez sabiex jiċċelebraw din il-Festa tas-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema’ ta’ Sidtna Marija flimkien ma’ qrabathom u xi ħbieb…. iżda din is-sena għal darb’oħra t-toroq baqgħu nieqsa mill-marċi u mill-purċissjonijiet tradizzjonali.
Fil-15 t’Awwissu din il-festa tiġi ċċelebrata fl-irħula tal-Qrendi, l-Imqabba, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard, il-Mosta u r-Rabat Għawdex. Magħhom f’dan il-jum jingħaqdu l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, il-Knisja ta’ Santa Marija f’Ħal Tarxien u l-Knisja tas-Samra fil-Ħamrun, it-tlieta dedikati lil Santa Marija, li normalment jfakkru l-15 t’Awwissu b’funzjonijiet liturġiċi fl-istess knejjes.
Ma’ dawn imbagħad il-Ħadd 22 t’Awwissu jiġu ċċelebrati l-Festi ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli, l-Imġarr u ż-Żebbuġ Għawdex, apparti numru ta’ kappelli ddedikati lil Marija Assunta f’Ħax-Xluq is-Siġġiewi u f’Tal-Ħlas Ħal Qormi, fost l-oħrajn.
Il-Ħadd filgħodu, Net News żar xi lokalitajiet li jiċċelebraw din il-festa fejn għal kuntrarju tas-soltu… il-pjazez kienu kważi siekta għajr xi ħoss ta’ xi murtal mill-għelieqi fil-periferiji tal-irħula.
L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna, fakkar dan il-jum b’quddiesa ċċelebrata fis-Santwarju Bazilika ta’ Santa Marija fejn fl-omelija tiegħu stqarr xi tfisser għalina din il-festa
//= $special ?>