Internazzjonali

Il-Ġappun: Evakwazzjonijiet fost il-ħalbiet tax-xita

@Š¥…‚µ‚½“¹˜H‚ð•à‚­l‚½‚¿‚P‚S“úŒß‘O‚XŽž‚R‚P•ªA•Ÿ‰ªŒ§‹v—¯•ÄŽs

Maż-żewġ miljun persuni kienu ordnati biex javakwaw minn djarhom fost ħalbiet tax-xita ‘kważi mingħajr preċedent’ f’diversi bnadi tal-Ġappun. L-awtoritajiet intant, komplew joħorġu t-twissijiet dwar ix-xita konsistenti f’numru ta’ distretti u reġjuni – inklużi Fukuoka u Hiroshima — bir-rapporti jirreferu għal valangi li kkaġunaw l-imwiet fid-distrett ta’ Nagasaki.

‘Il fuq minn 150 suldat, pulizija u membri tal-iskwadri għat-tifi tan-nirien qegħdin jgħinu bl-impenji ta’ fejda fl-agħar zoni affettwati. Dawn fost oħrajn kienu qed ifittxu għal numru ta’ residenti rappurtati nieqsa fost allert għall-possibbiltà ta’ aktar valangi tat-tajn anki waqt li x-xita baqgħet intensiva u konsistenti.

Filwaqt li z-zoni lejn il-punent tal-Ġappun kienu affettwati l-agħar mix-xita, mistenni wkoll li l-kumplament tal-Ġappun jispiċċa suġġett għal dulluvju ieħor fil-jiem li ġejjin. Intant, it- twissijiet għal evakwazzjoni kienu effettivi għal aktar minn 1.8 miljun persuna residenti f’madwar seba’ distretti tal-pajjiż u meta ma kienx eskluż li ‘is-sitwazzjoni tax-xita’ taqleb dejjem għall-agħar.