Il-Partit Nazzjonalista kontra l-proġett kif propost. Proġett sproporzjonat u mgħaġġel. In-nofsinhar ta’ Malta jeħtieġ investimenti kemm għar-residenti kif ukoll għat-turiżmu fiż-żona, iżda dan irid isir f’armonija mal-bżonn tal-komunita’ mhux minn wara dahar kulħadd bħal ma qed jagħmel il-Gvern f’Marsascala.
Inħeġġu r-residenti u NGOs jkomplu jsemmu leħinhom għax bis-saħħa tagħhom qajjimna reżistenza għall-pjanijiet baxx baxx tal-Gvern.
Issa nitolbu kjarifika mill-ministru responsabbli, Ian Borg: Jikkonferma l-Ministru li ma sar l-ebda studju tal-impatt fuq kif it-tali proġett propost jolqot l-ambjent fil-bajja, kif ser jolqot il-parkeġġ u l-istil ta’ ħajja tar-residenti u kif ser jolqot in-negozji?
Fil-kuntest tal-konfużjoni sħiħa maħluqa mill-Gvern, b’deputati parlamentari tal-Gvern stess fuq id-distrett ta’ Marsascala jgħidu li jsiru jafu fuq il-proġett mill-media u b’kunsillieri Laburisti jiddikjaraw li huma wkoll kontra l-proġett, il-Partit Nazzjonalista jappoġġja l-mozzjoni mressqa mill-Minority Leader tal-Partit Nazzjonalista John Baptist Camilleri biex il-Gvern jirtira minnufih is-sejħa għall-offerti maħruġa minn Transport Malta għall-proġett tal-Marina.
//= $special ?>