Lokali

“Il-PN se jkompli jimbotta biex kull titjib f’Marsaskala isir b’konsultazzjoni” – Bernard Grech

Il-pressjoni tar-residenti u tal-Partit Nazzjonalista diġà jidher li qed tħalli l-frott wara li l-Gvern, issa, donnu se jerġa’ jikkunsidra l-proġett fil-bajja ta’ Wied il-Għajn.

Fuq Facebook, Bernard Grech qal li l-PN se jkompli  jimbotta biex kwalunkwe titjib u investimenti f’Marsaskala jsiru b’konsultazzjoni mar-residenti u b’rispett sħiħ lejn l-ambjent naturali. Dan għaliex għandna bżonn nipproteġu u nħarsu l-ispazji li fadlilna.

Huwa kompla jisħaq li Marina f’Marsaskala mhix possibilta’.

Ma nistgħux nibqgħu nwaħħlu fil-pjanijiet lokali tal-2006 għal kull ħniżrija. Ma nistgħux nagħmlu kollox bl-arroganza u mingħajr konsultazzjoni. Ejjew naħdmu flimkien biex naġġornaw dawk il-pjanijiet lokali b’mod li nsalvaw il-futur ta’ uliedna temm jgħid Bernard Grech

Intant, fi stqarrija, Transport Malta saħqet li l-impressjoni li kien hemm li l-pjanijiet ta’ din il-marina huma ffinalizzati, m’humiex veri. Huma saħqu li hemm bżonn proċessi ta’ konsultazzjoni wiesgħa inkluż mal-komunità tal-lokalita’.