Futbol Sport

Imut Gerd Muller, l-aqwa skorer ta’ Bayern Munich u ikona tal-Ġermanja

Fi stqarrija Bayern Munich ħabbru l-mewt tal-eks attakkant Ġermaniż Gerd Muller fl-eta’ ta’ 75 sena. Muller hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa attakkanti ta’ kull żmien fejn għin lil Ġermanja jirbħu t-Tazza tad-Dinja tal-1974 kif ukoll l-Euro fl-1972.

Muller kien ukoll l-aqwa skorer ta’ kull żmien għal Bayern Munich fejn skorja 566 gowl f’ 607 partiti. Mat-tim nazzjonali Ġermaniż hu skorja 68 fi 62 partita. Fl-2015 sar magħruf li Muller kien qed ibati mid-dimensja wara li aktar kmieni f’ħajtu kellu wkoll il-problema tal-alkoħol.