Sport Sport Ieħor

In-neputi ta’ Muhammad Ali jirbaħ l-ewwel ġlieda professjonali

In-neputi tal-leġġenda tal-Boxing Muhammad Ali, Nico Ali Walsh rebaħ l-ewwel ġlieda professjonali tiegħu meta għeleb lil Jordan Weeks b’TKO. Wara 90 sekonda mill-bidu tal-ġlieda, Ali Walsh ħaseb li rebaħ il-ġlieda wara li b’K/O waqqa’ lil Weeks. Minkejja li Weeks prova jirkupra Ali Walsh uża l-ħeffa tiegħu b’serje ta’ daqqiet konsekuttivi, li waslu biex finalment rebaħ il-ġlieda f ‘inqas minn żewġ minuti fl-ewwel round.

Omm Nico, Rasheda, li hija it-tieni wildt ta’ Muhammad Ali kienet preżenti għall-ġlieda fost iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa.