Wara laqgħa bejn id-delegati involuti fl-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor, fi stqarrija konġunta mal-clubs rappreżentati, l-Għaqda irrimarkat il-mod diżgustanti ta’ kif huma ġew injorati kompletament mill-Gvern u mill-awtoritajiet ikkonċernati, kuntrarju għall-attivitajiet u setturi oħra fis-soċjeta’.
Minkejja li sena ilu ir-Regatta ta’ Settembru kienet organizzata skond il-protokolli mill-awtoritajiet tas-saħħa, wara li l-Għaqda ppreżentat risk assessment, ir-Regatta ta’ Settembru li ġej kif ukoll dik ta’ taħt it-18-il sena ma ngħatawx permess li jsiru. L-Għaqda tħossha diskriminata hekk kif l-attentati sabiex isiru laqgħat bejn ir-rappreżentanti tal-Għaqda u l-awtoritajiet tas-saħħa ġew injorati. Fl-istqarrija l-Għaqda saħqet li r-Regatta m’huwiex sport dilletantesk hekk kif tirrikjedi xhur ta’ taħriġ kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar matul is-sena kollha.
Għalhekk, l-Għaqda qed tissuġerixxi li r-Regatta ta’ Settembru titħassar filwaqt li jintużaw ir-rizorsi kollha f’ idejn il-clubs u l-Għaqda Regatta Nazzjonali sabiex ir-Regatta ta’ Marzu 2022 issir u ma tintilifx edizzjoni oħra ta’ din it-tradizzjoni Maltija.
//= $special ?>