Il-kontroversja dwar l-iżvilupp massiċċ fil-bajja ta’ Wied il-Għajn reġa’ ħoloq qasma oħra fil-Grupp Parlamentari Laburista wara li d-deputat Jean Claude Micallef żvela kif lanqas mad-deputati tad-distrett ma saret konsultazzjoni, u li hu sar jaf kollox “mill-media”.
Sorsi spjegaw kif din id-dikjarazzjoni ħolqot ferment sħiħ fil-group chat li għandhom l-istess deputati fuq whatsapp. B’wieħed mill-membri tal-Grupp Parlamentari jiżvela ma’ Net News illi anke id-deputat Prim Ministru Chris Fearne spiċċa f’pożizzjoni antipatka għaliex ħadd ma ried jemmnu li hu ma kien jaf b’xejn.
Membru ieħor elett mid-distrett ta’ Marsaskala – il-Ministri Carmelo Abela – ukoll qed ikun kritikat għaliex fi tmiem il-ġimgħa ma lissinx kelma waħda; f’dik li ħafna qed jinterpretaw bħala mossa biex jibqa’ gallarija f’din il-kwistjoni kollha.
Mhux hekk għamel iżda d-deputat Laburista Jean Claude Micallef illi fuq il-media soċjali stqarr li dan mhux mod ġust kif jiġu trattati. U l-fatt li sar jaf b’dan l-iżvilupp mill-media, huwa konferma li lanqas in-nies qrib tal-Prim Ministru Robert Abela ma ġew konsultati.
Robert Abela innifsu wkoll spiċċa taħt kritika enormi għaliex hu qatt kważi ħajtu kollha jgħix mal-bajja ta’ Marsaskala, bir-residenti Skalin jinsistu li jekk hawn xi ħadd li kellu jaqbeż għalihom…missu kien il-Prim Ministru.
B’kuntrast, kien il-PN li mill-ewwel ħa azzjoni meta ra dak li qed jiġi propost għal din iz-zona – fejn prattikament il-bajja kollha se tiġi fgata bi żvilupp fil-baħar, inkluż fejn normalment huwa popolari għall-għawm.
Il-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-Gvern biex jikkonsulta mar-residenti ta’ Marsaskala, mas-sidien tan-negozji lokali u mal-esperti ambjentali qabel jittieħdu kwalunkwe passi oħra fuq l-iżvilupp ta’ din il-marina.
//= $special ?>