Futbol Sport

Santa Lucia jitolbu lil MFA tieħu posizzjoni b’saħħitha kontra r-razzismu

Santa Lucia ressqu talba uffiċjali lil MFA fejn fiha saħqu li l-MFA għandha tieħu posizzjoni b’saħħitha, effetiva u urġenti kontra dawk li huma responsabbli mill-kummenti razzjali fil-konfront tal-goalkeeper tagħhom Julani Archibald. Il-club iddikjara li mhux se jaċċetta li min għadda dawn il-kummneit jkun skużat filwaqt li kkundanna bla riservi ir-razziżmu.

Il-club huwa kommess li jaħdem biex jeqred ir-razziżmu mill-logħba tal-futbol u appella biex jinħoloq ambjent fejn azzjonijet ta’ mibgħeda u diskriminazjzoni jkunu ikkastigati.

F’post fuq il-media soċjali, il-goalkeeper Julani Arhcibald qal li huwa diżappuntanti li illum il-ġurntata il-partitarji għadhom jgħaddu kummenti razzisti, filwaqt li saħaq li hu kburi li hu persuna ta’ kulur iswed.