Futbol Sport Sport Ieħor

Tammy Abraham mistenni jingħaqad ma’ Roma

L-attakkant ta’ Chelsea Tammy Abraham mistenni jingħaqad ma’ Roma fis-Serie A fil-jiem li ġejjin hekk kif intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ timijiet. Roma se jkunu qed iħallsu s-somma ta’ €40 miljun għall-attakkant ta’ 23 sena, bil-kuntratt mistenni jkunu jinkludi klawżola li tippermetti li Chelsea jiksbu lura lill-attakkant għal €80 miljun, liema klawżola se tkun valida mis-sajf tal-2023.

Abraham se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ 5 snin fuq salarju ta’ €5 miljun kull staġun. Abraham kellu esperjenzi ma’ Swansea u Aston Villa fl-Ingilterra, qabel rnexxielu jidħol mal-ewwel tim ta’Chelsea taħt il-kowċ Frank Lampard, fejn skorja 21 gowl fi 58 partita.