Lokali

Awguri kollegi!

Il-ħaddiema kollha tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News jawguraw l-isbaħ xewqat lill-kollega Francesco Catania u lil martu Christine li wkoll hija kollega tagħna fil-media.link communications.

Ftit tal-ħin ilu Francesco u Christine saru ġenituri għat-tieni darba bit-twelid taċ-ċkejkna Stella,

Stella hija t-tieni wild ta’ din il-koppja. Nina, l-ewwel wild tagħhom hija wkoll kollega ċkejkna tagħna u wiċċ familjari ferm mat-telespettaturi ta’ Net Television fost l-oħrajn permezz tal-programm Family Affair.