In-numru tnejn fid-dinja Daniil Medvedev fi tħejjija għall-Open tal-Istati Uniti, fil-finali tal-Open tal-Kanada għeleb lil Reilly Opelka tal-Istati Uniti filwaqt li fil-finali tan-nisa is-sorpriża waslet minn Camila Giorgi tal-Italja. Medvedev – finalist fil-kompetizzjoni fl-2019 u sem finalist fl-edizzjon tal-2020 ha biss 85 minuta biex għeleb lil Opelka u rebaħ it-tnax il-titlu ATP tal-karriera. F’Toronto, Medvedev rebaħ l-ewwel set 6 – 4 sabiex f’nuqqas ta’ reazzjoni minn Opelka iddomina u rebaħ it-tieni set 6 – 3.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa is-sorpriża waslet minn Camila Giorgi tal-Italja b’ranking dinji numru 71 kontra is-seed numru erba’ Karolina Pliskova tar-Repubblika Ceka. Fil-finali ta’ Montreal, Giorgi rebħet f’żewġ sets 6 – 3 ; 7 – 5. Għal Giorgi li għandha 29 sena dan kien l-ewwel suċċess WTA tal-karriera mill-2019 L-attenzjoni minn issa tmur fuq l-Open tal-Istati Uniti li għandu jibda fit-30 ta’ Awissu.
//= $special ?>