Numru ta’ persuni sfaw maqtula minn grupp Iżraeljan illi jaħdem undercover, f’attakk waqt raid illi sar fil-kamp tar-refuġjati ta’ Jenin. Dan bil-ħsieb li jarrestaw suspettat li jifforma parti mill-grupp militanti tal-Hamas. L-aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana Wafa kkonfermat illi 4 persuni Palestinjani nqatlu filwaqt li 3 persuni oħra sfaw midruba serjament.
Din hija t-tieni darba f’temp ta’ ġimgħatejn li operazzjoni ta’ arrest f’Jenin waslet għal ġlied vjolenti.
//= $special ?>