“Erġajna bid-drenaġġ ħiereġ fit-triq f’San Pawl il-Baħar. Illum fi Triq il-Ħalel, Buġibba.
Hekk kitbet fuq Facebook il-Kunsilliera f’San Pawl il-Baħar f’isem il-Partit Nazzjonalista Graziella Galea.
Minn hemm dritt għal taħt il-pjazza u dritt għall-baħar kitbet Galea. Hija qalet li dan kollu qed jiġri f’zona turistika.
Galea kitbet li hija għamlet rapport mal-WSC dwar dan u esprimiet it-tama li din il-problema tissolva kemm jista’ jkun malajr.
F’dawn l-aħħar xhur żdiedu ħafna l-każi ta’ ħsarat tad-drenaġġ. Iż-żona magħrufa bħala l-Veċċja qed ikun hemm irwejjaħ insopportabbli. Ħdejn l-iskola primarja wkoll, id-drenaġġ jfur kull ftit żmien.
//= $special ?>