Internazzjonali

HAITI: Il-vittmi jitilgħu għal 1,297

Tela’ għal 1,297 l-ammont ta’ vittmi wara t-terremot f’Haiti. Dan filwaqt li aktar minn 5,700 sfaw midruba bit-thezziziet li rreġistraw 7.2 fuq l-Iskala Richter.

Dan kien konfermat mil-kap tal-protezzjoni ċivili Jerry Chandler, waqt Konferenża tal-Aħbarijiet illi saret it-Tnejn f’Port-au-Prince – il-Belt kaptali ta’ dan il-pajjiż.

Dan it-terremot affettwa bnadi ohra lejn il-Punent ta’ Haiti bir-riżultat li ħafna bini krolla jew ġarrab ħsarat kbar.