Futbol Sport

Hibernians bi protest uffiċjali quddiem il-UEFA

It-tim ta’ Hibernians fi stqarrija ħabbru li bagħtu ittra bi protest uffiċjali lil UEFA b’rabta mal-imġieba inaċċettabbli tat-terna arbitrali fil-partita mit-tieni leg tal-UEFA Conference League kontra Riga. Il-club Malti talab li tinfetaħ investigazzjoni uffiċjali dwar l-inċidenti li fi kliemhom ikkaraterrizzaw l-andamet u r-riżultat tal-partita.

Matul il-partita Riga ingħataw penalty dubjuż fil-bidu tal-logħba filwaqt li Hibernians kelhom gowl imħassar għal offside ineżistenti fit-tieni taqsima. Minkejja li l-club irrikonoxxa li dan il-protest mhux se jbiddel ir-riżultat, Hibernians jemmnu li għandha issir ġustizzja mal-club.