L-organizzaturi tal-Logħob Paralimpiku li mistenni jsir f’Tokjo, ħabbru li l-ispettaturi mhux se jitħallew jidħlu fl-istadia fl-avvenimenti organizzati, hekk kif il-każijiet tal-Covid 19 fil-pajjiż baqgħu jiżdiedu.
Din id-deċiżjoni ittieħdet wara laqgħa bejn il-president tal-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob Paralimpiku Andrew Parsons, il-president tal-Kumitat Organizzattiv Seiko Hashimoto l-gvernatur ta’ Tokjo Yuriko Koike kif ukoll il-Ministru Olimpiku Tamayo Marukawa. Il-Logħob Paralimpiku mistenni jibda fl-24 t’Awwissu bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 4.400 atleta, b’Parsons jisħaq li kull min se jattendi jridu joqgħod attent u jieħu l-prekawzzjonijiet kollha kontra l-Covid 19.
Sadanittant il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshide Suga qal li l-istat ta’ emerġenza f’Tokjo mistenni jkun estiż sat-12 ta’ Settembru, hekk kif is-sitwazzjoni fil-Ġappun qed tmur għall-agħar.
//= $special ?>