Futbol Sport

Is-sitt clubs tal-Premier League reġgħu ssieħbu l-European Club Association

Is-sitt clubs Ingliżi involuti fil-European Super League reġgħu ssieħbu l-European Club Association, wara li kien ħarġu minn din l-assoċjazzjoni biex ikomplu bil-pjan tagħhom. Is-sitt clubs, Arsenal, Man Utd, Man City, Chelsea, Liverpool u Tottenham kien parti mit-12-il tim li ppruvaw jiffurmaw il-European Super League, liema league dam ftit aktar minn 48 siegħa biex sfaxxa fix-xejn, wara diversi protesti u diżapprovazzjoni mill-partitarji u minn dawk li jsegwu l-futbol.

Flimkien mal-clubs Ingliżi reġgħu ssieħbu wkoll Milan, Inter u Atletico Madrid li wkoll kienu se jkun parti mis-Super League. Madanakollu Real Madrid, Barcelona u Juventus għadhom determinati li jibqgħu fil-European Super League hekk kif ħadu passi legali biex jipproteġu lilhom nfushom minn kull tip ta’ azzjoni min-naħa tal-UEFA.