L-atleta tal-long jump JeremY Zammit se jikkompeti fil-World U20 athletics championship li se jsiru f’Nairobi bejn it-18 u t-22 t’Awwissu. F’Lulju ta’ din is-sena Zammit sar l-ewwel atleta minn Malta li wasal sal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena fl-Estonja, fejn anke rnexxielu jikseb rekord nazzjonali taż-żgħażagħ b’qabża ta’ 7.62 metri.
F’dan l-avveniment, Malta ikkwalifikat għall-ewwel darba fuq mertu tal-atleta, kuntrarju għal snin preċedenti fejn l-atleti ipparteċipaw fuq bażi ta’ wild card. Mario Bonello se jkun qed jakkumpanja lil Zammit fil-Moi International Sports Centre f’Nairobi.
//= $special ?>