Internazzjonali

Kriżi fil-Peru hekk kif bosta tfal jitilfu l-ġenituri tagħhom kawża tal-imxija

It-tfal fil-Peru jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar minħabba l-pandemija tal-Covid-19 hekk kif 93,000 tifel u tifla tilfu ġenitur kawża tal-virus. Kawża ta’ dan, numru ta’ minuri qed jiffaċċjaw depressjoni u anzjetà kbira.

L-esperti jemmnu li l-impatt tal-pandemija fuq it-tfal ġie injorat peress li ġeneralment minħabba l-marda nnifisha, it-tfal huma affettwati inqas mill-adulti, anke jekk aktar minn 1,000 tifel u tifla Peruvjani sfaw vittma tal-virus qerriedi.

Huma saħqu li l-impatt tal-Coronavirus fuq dawn it-tfal orfni huwa kbir u ser jaffetwa kemm is-saħħa psikoloġika tagħhom, kif ukoll is-saħħa fiżika. Bla dubju dan ser jaffetwa il-futur ekonomiku tal-ġenerazzjoni li jmiss.