Internazzjonali

L-Oppożizzjoni fiż-Żambja tirbaħ l-elezzjoni Presidenżjali

Ir-riżultati li ħarġu t-Tnejn filgħodu juru li l-Kap tal-Oppożizzjoni Hakainde Hichilema kiseb rebħa fl-elezzjoni presidenzjali fiż-Żambja.

Il-kummissjoni elettorali saħqet li Hichilema kiseb madwar 2.8 miljun vot filwaqt li Edgar Lungu kiseb ftit iktar minn 1.8 miljun vot. Din hija t-tielet darba mill-1964 l’hawn li l-Oppożizzjoni irnexxila tegħleb lil-Partit fil-Gvern… u tirbaħ l-elezzjoni.

Wara din ir-rebħa eluf ta’ partitarji tal-Partit għall-Iżvilupp Nazzjonali dehru liebsin il-kuluri aħmar u isfar meta ħarġu jiċċcelebraw fit-toroq ewlenin ta’ Lusaka.