Sport Sport Ieħor

Malta megħluba mill-Irlanda

IRLANDA ………………… 94

MALTA ……………………. 66

Mit-telfa kontra Andorra, f’Dublin waslet it-tieni telfa għat tim Malti mmexxi minn Andrea Paccarie u Roderick Vella. Rebħa għall Irlanda li permezz tagħha rebħu l-Grupp. Rebħa li l-Irlanda iddettaw fl-ewwel u t-tieni sessjoni li rebħu 23 – 17 u 28 – 15. Bilanċ fit-tielet sessjoni li ntemmet 22 – 22 iżda r-raba’ sessjoni kien dominju mill-Irlanda li rebħu 24 – 12 għall-iskor finali ta’ 94 – 66 L-aħjar scorer tal-partita kien John Paul Carroll tal-Irlanda b’20 punt filwaqt li għat-tim Malti Tevin Falzon u Aaron Falzon għamlu 17 u 13 il-punt rispettivament. Il-punti l-oħra għat-tim Malti waslu minn Alex Felice Pace b’10 punti, Kurt Joseph Xuereb disa’ punti, Nathan Xuereb u Jack Zammit b’6 punti kull wieħed filwaqt li Peter Shoults għamel 5 punti.