16-il organizzazzjoni lokali kkritikaw in-nuqqas ta’ azzjoni, l-irresponsabbiltà, u l-inkonsistenza fl-approċċ tal-Gvern għat-tibdil fil-klima. Ħin prezzjuz ġie moħli minn dawk li jfasslu l-politika kemm fil-passat u fil-preżent filwaqt li ripetutament naqsu mill-miri dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u l-immaniġġjar tal-iskart. Dan issa qed jiswielna l-kwalita’ tal-ħajja tagħna, u dejjem se jkompli jiġri hekk għall-ġenerazzjonijiet futuri f’Malta.
Is-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni ippubblikat reċentament mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) jpinġi stampa kundanabbli ħafna tad-dinja bħala riżultat ta’ għexieren ta’ snin ta’ nuqqas ta’ azzjoni fuq il-bidla fil-klima ikkawżata mill-bniedem. Ir-rapport jipproġetta deżertifikazzjoni intensa u żieda fir-riskju ta’ nirien fil-Mediterran sal-2050 sakemm ma nżommux it-tisħin globali taħt iż-2°C, impenn legali li l-gvernijiet ħadu fil-Ftehim ta’ Pariġi fl-2015 iżda li jonqsu li jżommu. Dan is-sajf qed jagħtina biss togħma ta’ dawn il-projezzjonijiet.
Lura fl-2019, il-parlament Malti iddikjara emerġenza klimatika, għall-ebda għan tanġibbli. Il-Ministri jokkupaw lilhom infushom bi proġetti kosmetiċi u stunts tal-PR waqt li jibqgħu jonqsu mill-miri stabbilit b’mil. Fit-12 ta’ Awwissu, il-Ministru Aaron Farrugia saħansitra iddikjara li qed jinnegozja t-tnaqqis fil-mira tal-emissjonijiet ta’ Malta minn 36% sal-2030 għal 19%. Dan mhux biss jittradixxi nuqqas qawwi ta’ ambizzjoni, iżda juri nuqqas ta’ apprezzament għall-urġenza tas-sitwazzjoni. Minflok ma jindirizza l-kawża aħħarija, il-Gvern iniedi proġetti għaljin ta’ intenzjonijiet u riżultati dubjużi. Gimmicks ta’ carbon neutral b’manutenzjoni għolja, li l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-karbonju tagħhom ma jiġux ikkunsidrati, jieħdu l-post ta’ konservazzjoni u restawr serju tal-ambjent – l-ambjent selvaġġ u mhux mittiefes huwa iktar effettiv fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Gvern qed jibqa’ jimbotta approċċ ibbażat fuq it-tkabbir ekonomiku mhux sostenibbli minflok fuq distribuzzjoni ġusta tal-ġid f’dinja “wara t-tkabbir”, bi spejjeż ambjentali u soċjali kbar. Dan huwa l-approċċ li wassalna għal katastrofi klimatika u jippreżenta ċiklu vizzjuz. L-użu tar-riżorsi tal-ajru, tal-art u tal-baħar tagħna biex insaħħu l-profitti tan-negozju l-kbir qed iwassal għal inugwaljanzi li dejjem qed jiżdiedu u tbatijiet soċjali severi li se jibqgħu imorru għall-agħar minħabba t-tibdil fil-klima.
Biex ikompli jitfa’ l-melħ fil-ferita, il-Gvern qed jippermetti fl-istess ħin li l-attivitajiet li jagħmlu l-iktar ħsara lill-klima u l-bijodiversita’ lokali jkomplu jikbru mingħajr xkiel; isaħħaħ id-dipendenza fuq il-karozzi privati, jippromwovi kostruzzjoni żejda li tenfasizza l-effett tal-gżira urbana tas-sħana u tuża materjali mhux sostenibbli (il-produzzjoni tas-siment tammonta għal 27% tal-emissjonijiet globali tas-CO2), li jawtorizza ssiġillar rampanti tal-ħamrija minn impriżi privati u pubbliċi, ma jindirizzax serjament l-iskarsezza tal-ilma u n-nuqqas ta’ sigurta’ tal-ikel li se jkomplu jmorru għall-agħar, jipperikola l-ambjent naturali tal-art u tal-baħar li jistgħu jaġixxu bħala sink tal-karbonju, u ma jagħmel l-ebda impenn reali biex iwaqqaf il-qerda tal-bijodiversita’. M’hemm l-ebda pjan biex tiġi indirizzata ż-żieda tal-livell tal-baħar li tista’ tgħerreq l-infrastruttura kostali, ix-xtut, u tirriżulta fil-qerda finali tal-livell medju tal-ilma tal-baħar tagħna tul il-ħajja tat-tfal ħajjin illum. Il-pjanijiet tas-sigurta’ tal-ilma għadhom amorfi, u l-komunita’ tal-biedja qed tiġi mgħaffġa b’mod attiv minn deċizjonijiet ħżiena hekk kif qed jiżdied it-tħassib dwar is-sigurta’ tal-ikel.
Filwaqt li r-rwol ta’ Malta fl-emissjonijiet globali jista’ jkun insinifikanti, din mhix skuża biex il-gvern jevita li jniedi miżuri serji ta’ mitigazzjoni u adattament li jiżguraw kwalita’ ta’ ħajja għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li jgħixu fil-Gżejjer Maltin. Il-politika dwar il-klima għandha tkun fil-qalba ta’ kull deċiżjoni li tittieħed għall-futur ta’ pajjiżna, billi tindirizza tħassib sistemiku li wassal għal din is-sitwazzjoni. Il-greenwashing attwali u attitudni ta’ li kollox jiba’ għaddej kif inhu jindikaw governanza fqira li ma tridx tagħraf l-isfidi li ġejjin. Aħna nsostnu li qed inżommu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, passati u attwali, personalment responsabbli għad-deterjorament tanġibbli tal-għixien tagħna u tal-wirt naturali minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom.#
L-organizzazjonijiet li ffirmaw l-istqarrija maħruġa t-Tnejn filgħodu huma: ACT Malta, Attard Residents Environmental Network (AREN), BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Extinction Rebellion Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, MaYA Foundation, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, ORCA Malta, Rota, The Archaeological Society Malta, The Biological Conservation Research Foundation, BICREF, The ‘Grow 10 Trees’ Project u The Ramblers’ Association of Malta.
//= $special ?>