Raġel ta’ 75 sena residenti Ħal Qormi sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir f’għalqa li tinsab f’Ħaż-Zebbuġ. L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u wara li tellgħu lir-raġel mill-bir, huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi
gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>