Tfajla ta’ 16-il sena minn pajjiż tal-Lvant Nofsani nstabet ħatja li użat passaport misruq wara li ħarbet lejn l-Ewropa biex taħrab mill-persekuzzjoni. It-tfajla, li isima mhux jisemma’ minħabba l-età tagħha u li l-pajjiż tal-oriġini u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħha qed jinżammu wkoll mill-jissemmew fuq ordni tal-qorti, biex tipproteġi s-sigurtà tagħha, kienet ġiet megħjuna taħrab mill-pajjiż mill-familja tagħha wara membri ta’ grupp li kienet tiffurma parti minnu “sparixxa.”
Il-każ jaħraq fuq każ simili, fejn żewġ għalliema Torok li ħarbu mir-reġim ta’ Erdogan u kienu ntbagħtu l-ħabs talli użaw passaporti foloz. Is-sentenza tal-ħabs tagħhom ġiet sospiża fuq appell aktar kmieni dan ix-xahar. “Dan huwa każ ġenwin u hi tfajla vulnerabbli,” qalet il-prosekuzzjoni mmexxija l-Ispettur Frankie Sammut lill-maġistrat Josette Demicoli dalgħodu.
Hija nqabdet fl-ajruport wara li ppreżentat passaport Daniż li kien irrappurtat misruq. It-tfajla ġiet mixlija b’akkużi relatati mal-offoiżi ta’ passaporti. “Dan huwa każ delikat” qal l-avukat difensur Benjamin Valenzia, li informa lill-qorti li t-tfajla kienet se tapplika għall-ażil fuq il-bażi ta’ persekuzzjoni, wara dak li ġara lil sħabha.
L-Ispettur Sammut qabel mad-difiża u qal li filwaqt li kien importanti li jkun hemm uniformità fis-sentenza, kull każ kellu jittieħed fuq il-merti tiegħu stess. “Ma kinitx taf li kienet Malta, fil-fatt staqsiet fejn kienet meta ġiet arrestata,” qal l-ispettur.
Huwa żied li t-tfajla kienet qed tinżamm f’faċilità sigura, u ttamat li terġa’ tingħaqad ma’ membri tal-familja fl-Ewropa kontinentali. Il-qorti osservat li t-tfajla kienet emozzjonali u xokkjata u dderiġita biex tpoġġi bilqiegħda f’ħin minnhom. “M’għandha l-ebda raġuni biex tibża’. L-awtoritajiet diġà qed jieħdu ħsieb il-benesseri tagħha, “serħatilha rasha l-maġistrat, meta kienet qed tindirizza l-interpretu tagħha.
Il-Qorti aċċertat li t-tfajla tifhem l-akkużi u spjegatilha l-liġi kif inhi. Ir-reat iġib miegħu sentenza ta’ ħabs, spjegat l-maġistrat, iżda l-fatt li l-imputata hija taħt l-età, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tagħha jiġu kkunsidrati meta tingħata s-sentenza.
Il-maġistrat ħalliet lit-tifla tkellem lill-avukat tagħha barra mill-awla qabel ma tiddeċiedi se twieġeb, jekk hijiex ħatja jew le. Il-maġistrat osservat wkoll li l-prosekuzzjoni u d-difiża kienu wkoll jaqblu li l-ebda sentenza effettiva ta’ ħabs ma kienet meħtieġa f’dan il-każ u li d-difiża kienet diġà ddikjarat li l-akkużata kienet se tapplika għall-ażil.
Meta marret lura fl-awla, l-akkużata wieġeb ħatja tal-akkużi. Il-Qorti sabitha ħatja fuq l-ammissjoni tagħha stess, u kkundannatha xahrejn ħabs, sospiżi għal tmien xhur. Il-maġistrat spjega l-implikazzjonijiet ta’ din is-sentenza lill-akkużata.
L-Assoċjazzjoni għall-Benesseri ta’ dawk li jfittxu Ażil tkun qed tassisti lit-tfajla minn hawn‘ il quddiem, qalet il-qorti. Il-qorti laqgħet it-talba tal-avukat Valenzia għal projbizzjoni fuq l-isem tal-akkużata peress li hija minuri kif ukoll fuq il-pajjiż tal-oriġini tagħha u r-raġunijiet partikolari li għalihom kellha titlaq mill-pajjiż.
//= $special ?>