Internazzjonali

Trudeau jsejjaħ elezzjoni bikrija fil-Kanada

Il-PM tal-Kanada Justin Trudeau ħabbar elezzjoni bikrija skedata għal 20 ta’ Settembru li gej. Hu saħaq li dan il-pass huwa meħtieġ sabiex il-gvern tiegħu jingħata mandat halli jindirizza l-isfidi tal-Covid…u jmexxi l-irkupru mill-effetti ekonomiċi li qed tħalli warajha l-pandemija.

Il-Prim Ministru Kanadiz qed jittama li l-immaniġġjar tiegħu fid-dawl tal-pandemija se jgħin lill-Partit Liberali sabiex jirbaħ il-maġġoranza fil-Parlament… filwaqt li l-avversarji tieghu insistew li elezzjoni f’nofs pandemija hija perikoluża.