Lokali

Żewġ nisa l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Żewġ nisa spiċċaw l-isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq Misraħ il-Barrieri, Santa Venera.

L-inċident seħħ fit-8.15am bil-Pulizija jintalbu jassistu fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan Qashqai, misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti l-Għargħur, u Nissan Juke, misjuqa minn
mara ta’ 36 sena residenti Birkirkara.

Tim mediku ta l-assistenza liż-żewġ xufiera u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, il-mara ta’ 36 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri ġrieħi ħfief.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.