Se jinżamm arrestat il-Libjan ta’ 37 sena li qed ikun akkużat bl-attentat tal-qtil ta’ Ingliż ta’ 21 sena, każ li kien seħħ ftit wara l-5 ta’ filgħodu fis-6 t’Awwissu li għadda f’Tas Sliema. Hisham Ali Abuagilla li weġġa’ gravi lill-vittma b’daqqiet ta’ sikkina fl-akwati ta’ Tigne kien arrestat fi tmiem il-ġimgħa fi Qui-Si-Sana wara li kien ilu imfittex sa’ mill-inċident li seħħ fil-bidu tax-xahar. Fuqu il-pulizija sabu arma li taqta u bil-ponta kif ukoll sustanza ta’ droga. Sussegwentament, wara tfitxxija fir-residenza tiegħu, instabu aktar sustanzi ta’ drogi li ma kienux għal użu personali.
Kien għalhekk li fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Monica Vella, Abuagilla ġie mixli b’attentat ta’ qtil, li kkawża ġrieħi gravi, li kiser il-paċi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija kif ukoll akkużata b’pussess ta’ kokaina, ecstasy, u kannabis.
Fil-Qorti l-avukat tad-difiża argumenta li l-vittma m’għadux l-isptar u allura l-każ mhux attentat ta’ qtil imma attentat ta’ ferita gravi. Dan filwaqt li saħaq li Abuagilla “kellu ġurnata ħażina u għamel żball.” Meta ta daqqiet ta’ sikkina. Wara li semgħat l-argumenti miż-żewġ naħat, il-Qorti ċaħdet il-libertà proviżorja u ħeġġet lill-prosekuzzjoni biex ittella’ lix-xhieda kollha tagħha malajr kemm jista’ jkun.
Fil-qorti, l-akkużat kien akkumpanjat minn interpretu, iżda ma kienx megħjun minn interpretu waqt l-interrogazzjoni mill-pulizija. Filwaqt li l-Libjan kif assistit mill-Avukat Neol Bianco, il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukati George Camilleri u Etienne Savona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li kienu assistiti mill-Ispetturi Colin Sheldon u Wayne Camilleri.
//= $special ?>