Il-President ta’ Barcelona Joan Laporta qal li l-klabb Spanjol għandu dejn ta’ £1.15 biljuni, bl-istess Laporta jiddeskrivi s-sitwazzjoni bħala waħda nkwetanti. Is-salarji tal-players bħalissa huwa 103% tad-dħul totali tal-klabb, bil-kuntratt ta’ Messi dan kien se jitla’ għal 110%, bil-La Liga ma taċċettax dan.
Laporta waħħal fil-President preċidenti Josep Maria Bartomeu hekk kif qal li ħallielu wirt ta’ djun kbar. Il-La Liga ħalliet lil Barcelona jirreġistraw lil Memphis Depay, Eric Garcia u Rey Manaj wara li d-difensur Gerard Pique naqqas il-paga tiegħu b’mod drastiku.
//= $special ?>