Internazzjonali

Biden jibqa’ jżomm mal-pożizzjoni tiegħu li jirtira t-truppi

Il-President Amerikan Joe Biden qed jibqa’ jżomm mal-pożizzjoni tiegħu li jirtira t-truppi mill-Afganistan, minkejja li t-Taliban ħadu l-kontroll f’Kabul.

Biden tkellem ftit wara li t-Talibani daħlu f’Kabul u ħadu kontroll… għoxrin sena wara li kienu tkeċċew mill-invażjoni mmexija mill-Istati Uniti stess.

Għakemm qal li se jibqa’ sod quddiem id-deċiżjoni li ħa, stqarr li ma stenniex li l-kollass tal-Gvern Afghan kien se jseħħ daqshekk malajr. Huwa kritika t-tmexxija ta’ Donald Trump li kienet tat saħħa kbira lit-tmexxija tat-Taliban.