Futbol Sport

Bologna eliminati minn Ternana fil-Coppa Italia

Fi Stadio d’Allara, Bologna b’sorpriża sfaw megħlub mit-tim tas-Serie B Ternana bl-iskor ta’ 5 – 4 . Promossi l-istagun li għadda, Ternana fetħu l-iskor wara biss sitt minuti permezz ta’ DAVIDE AGAZZI sabiex fl-10 minuta setgħu wkoll irduppjaw meta ingħataw penaltu b’Alfredo Donnarumma jolqot il-lasti. Fil-21 minuta iżda DONNARUMMA għamel l-iskor 2 – 0 . Bologna naqqsu d-distakk fit-38 minuta permezz ta’ DOMINGUEZ iżda fl-40 minuta kien DANILO PERALTA li rega ta vantaġġ doppju lil Ternana.

Fil-50 minuta penalty mgħoti u skurjat minn CESAR FALLETTI u gowl ieħor minn DANILO PERALTA għamlu l-iskor 5 – 1 . Reazzjoni minn Bologna li fid-56 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ MARKO ARNAUTOVIC sabiex żewġ minuti wara kien ROBERTO SORIANO li għamel l-iskor 5 – 3 Tnax il-minuta mit-tmiem penalty ta’ RICCARDO ORSOLINI għamel l-iskor 5 – 4 bil-goalkeeper ta’ Ternana Antony Iannarilli jkun protagonista b’għadd ta’ saves li wasslu għal l-aktar riżultat sorpriża fl-ewwel fazi tal-Coppa Italia.