Internazzjonali

Eluf evakwati wara nirien f’foresta

Eluf ta’ persuni kienu evakwati minn djarhom wara li nirien ħakmu foresta fl-inħawi ta’ Toulon.

Mijiet ta’ pumpiera qed jiġġieldu n-nirien li bdew it-Tnejn filgħaxija fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Rapporti qalu li kien hemm żewġ pumpiera li sofrew xi ġrieħi waqt li kienu qed jikkumbattu dawn il-fjammi.

Madwar 6,000 persuna ħarġu minn djarhom, b’dawk li kienu qed iqattgħu l-vaganzi tagħhom f’dawn l-inħawi kellhom imorru f’post ieħor.