Haiti ntlaqat minn maltempata qawwija jumejn biss wara li dan il-pajjiż intlaqat minn terremot qawwi li kkaġuna l-mewt ta’ mijiet ta’ persuni filwaqt li darab eluf oħra.
Din il-maltempata kkawżat xita u riħ qawwi li laqtu l-Lbiċ tal-pajjiż… il-parti li kienet l-iktar milquta mit-terrimot li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Uffiċjali wissew li x-xita tista’ tilħaq il-15-il pulzier f’xi nħawi qabel ma’ l-maltempata tkompli miexja għal parti oħra tal-pajjiż. Dan il-maltemp qed ixekkel l-isforzi ta’ salvataġġ filwaqt li qed jitfa’ pressjoni ikbar fuq l-isptarijiet li diġà huma mimlijin.
Din il-maltempata waslet fl-istess jum li l-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili tal-pajjiż ħabbret li n-numru ta’ mwiet kawża tat-territmot li seħħ ftit tal-jiem qabel. tela’ għal iktar minn 1,400 b’dawk midruba jlaħħqu s-6,000.
//= $special ?>