Edukazzjoni Lokali

Idea bil-għan li jiġu attirati aktar nies lejn l-Università

Iċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenza fi ħdan l-Università ta’ Malta.. mix-xahar t’Ottubru ser ikun qed joffri 19-il study unit differenti.. bi 28 siegħa ta’ tagħlim kull wieħed li jinkludu prattiċi.

Ma’ Net News,  Id-Direttur taċ-Ċentru, il-Professur David Mifsud saħaq li din l-idea bdiet bil-għan li jiġu attirati nies illi qatt ma marru universita’ għaliex qatt ma ġiethom l-opportunita.

Dan iċ-ċentru kull simestru jipprova joffri suġġetti varji fosthom arti, xjenza, mużika, u  ħafna affarijiet differenti sabiex dak li jkun ikun jista’ jagħżel li jikseb aktar għarfien dwar dak li jixtieq.

David Mifsud tkellem ma’ Net News dwar il-mod ta’ assessjar fejn jidħlu dawn l-istudy units.

Huwa spjega li meta wieħed jgħaddi minn dawn l-istudy units u jakkumula l-punti.. dawn iwasslu għal diploma jew inkella degree

Id-direttur taċ-ċentru spjega wkoll x’għandu jagħmel kull min hu interessat li japplika għal wieħed minn dawn l-istudy units offruti

Dawn il-korsijiet jiġu offruti fil-Campus tal-Universita’ ta’ Malta u jkunu bejn is-sitta u t-tmienja ta’ filgħaxija.. dan sabiex iċ-ċentru jagħmilha faċli għal dawk li jaħdmu iżda li jixtieq jkabbru l-għarfien tagħhom.