Wara li l-Ministru Edward Zammit Lewis inqabad jgħajjar lill-votanti tiegħu “Ġaħan”, issa ħareġ esponent ieħor tal-Partit Laburista li ma ddejjaq xejn jgħajjar pubblikament lill-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius – sempliċiment għaliex sellem il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Din id-darba, kien iċ-chairperson tal-media Laburista Jason Micallef illi ħareġ b’dan l-attakk partiġġjan. Fil-fatt, fuq Facebook, Micallef indirizza lil Peter Agius bil-kliem “stupidu u vojt kollok”. Dan wara li l-Kelliem tal-PN poġġa’ ritratt fuq Facebook fil-post fejn kull xahar tingħata tislima lil Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>